|
16.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – IAK – Forum International vs EUIPO – Schwalb (IAK)
(Kawża T-497/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IAK - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti IAK - Institut für angewandte Kreativität - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1002 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”)
(2019/C 423/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: IAK – GmbH Forum International (Kirchzarten, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Wilke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Ulrich Schwalb (Köln, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 1511/2017-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn U. Schwalb u IAK – Forum International.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
IAK GmbH - Forum International hija kkundannata għall-ispejjeż. |