|
12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Neda Industrial Group vs Il-Kunsill
(Kawża T-490/18) (1)
(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u organi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament)
(2020/C 339/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Neda Industrial Group (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: L. Vidal, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/833 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2018, L 140, p. 87), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/827 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2018, L 140, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, tal-ittra tas-6 ta’ Ġunju 2018 mibgħuta mill-Kunsill lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/833 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/827 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Neda Industrial Group. |
|
2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2018/833 huma miżmuma sa fejn jikkonċernaw lil Neda Industrial Group sakemm jieħu effett l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2018/827. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |