23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2020 – Compañia de Tranvías de la Coruña vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-485/18) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti tal-Kummissjoni relatati mal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Dokumenti li joriġinaw minn terz - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Rifjut totali ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Interess pubbliku superjuri”)

(2020/C 95/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compañía de Tranvías de la Coruña, SA (la Coruña, Spanja) (rappreżentant: J. Monrabà Bagan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2018 li tirrifjuta, parzjalment jew totalment, li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti b’rabta mal-opinjoni tal-Kummissjoni mibgħuta lir-Repubblika Franċiża dwar il-validità tal-kuntratt tal-linji tal-metro sal-2039.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Ġunju 2018 li tirrifjuta, parzjalment jew totalment, li tagħti lil Compañía de Tranvías de la Coruña, SA, l-aċċess għal dokumenti b’rabta mal-opinjoni tal-Kummissjoni mibgħuta lir-Repubblika Franċiża dwar il-validità tal-kuntratt tal-linji tal-metro sal-2039, hija annullata sa fejn din irrifjutat parzjalment l-aċċess għal data li ma hijiex data personali inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010 indirizzata lill-awtoritajiet Franċiżi u fl-ittri tal-Viċi-President tal-Kummissjoni S. Kallas tas-27 ta’ Lulju 2012 u l-5 ta’ Ġunju 2013 indirizzati lir-RATP.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal 20 % tal-ispejjeż ta’ Compañía de Tranvías de la Coruña.

4)

Compañía de Tranvías de la Coruña hija kkundannata għal 80 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.