30.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — XF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-installazzjoni - Bidla temporarja fil-post ta’ mpjieg - Bidla ta’ residenza”)

(2019/C 328/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: XF (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2017 li permezz tagħha din tal-aħħar irrifjutat lir-rikorrent il-benefiċċju tal-allowance tal-installazzjoni fl-okkażjoni taċ-ċaqliq tiegħu u tat-teħid ta’ funzjonijiet tiegħu fis-sede tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fi Brussell (il-Belġju).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

XF huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018.