23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 – Palo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Pensjonijiet - Modalitajiet tal-iskema tal-pensjoni - Allowance għall-firda - Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura”)

(2019/C 432/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peeter Palo (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2017 li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance għall-firda prevista fl-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15, rettifika fil-ĠU 2015, L 175, p. 126), u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra l-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab b’riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peeter Palo huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.