15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – American Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/18) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tat-trasport bl-ajru - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Impenji - Deċiżjoni li tagħti drittijiet ta’ anterjorità - Żball ta’ liġi - Kunċett ta’ użu xieraq”)

(2021/C 53/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent(i): American Airlines Inc. (Fort Worth, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J.-P. Poitras, solicitor, J. Ruiz Calzado u J. Wileur, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant): T. Franchoo, H. Leupold u L. Wildpanner, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Delta Air Lines, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, C. Angeli u I. Giles, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2788 final tat-30 ta’ April 2018 li tagħti drittijiet ta’ anterjorità lil Delta Air Lines (Każ M.6607 – US Airways/American Airlines),.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

American Airlines, Inc. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Delta Air Lines, Inc. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.