9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2019 — Nonnemacher vs EUIPO — Ingram (WKU)

(Kawża T-389/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WKU - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti WKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens - Artikolu 61(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 305/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Nonnemacher (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zierhut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Paul Ingram (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 (Każ R 399/2017-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn P. Ingram u K. Nonnemacher.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Klaus Nonnemacher huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.