17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Diċembru 2019 – Sta*Ware EDV Beratung vs EUIPO – Accelerate IT Consulting (businessNavi)

(Kawża T-383/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea businessNavi - Użu ġenwin mit-trade mark - Revoka parzjali - Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2020/C 54/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sta*Ware EDV Beratung GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bölling u M. Graf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Accelerate IT Consulting GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hofmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżenta kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2018 (Każ R 434/2017-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sta*Ware EDV Beratung u Accelerate IT Consulting.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sta*Ware EDV Beratung GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.