27.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — ABB vs EUIPO (FLEXLOADER)

(Kawża T-373/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FLEXLOADER - Raġunijiet assoluti għal rfjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Neoloġiżmu - Relazzjoni mhux diretta u konreta biżżejjed ma wħud mill-prodotti kkonċernati mill-applikazzjoni għal trade mark)

(2019/C 182/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ABB AB (Västerås, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Hartmann u S. Fröhlich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u W. Schramek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2018 (Każ R 93/2018-1), dwar applikazzjoni għar-reġisstrazzjoni tas-sinjal verbali FLEXLOADER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Marzu 2018 (Każ R 93/2018-1), hija annullata sa fejn din tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FLEXLOADER għal:

l-“għodod mekkaniċi għall-applikazzjoni ta’ prodotti umidifikanti, li jorbtu, taż-żejt, lubrifikanti jew koloranti”, li jidħlu fil-klassi 7 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957; u

l-“għodod għad-dħul tad-data u ta’ pproċessar ta’ data spazjali, mikroproċessuri, unitajiet ta’ dħul u ta’ ħruġ ta’ elettriku, diski kumpatti, disketti, tejp manjetiku u semikondutturi għall-ħażna ta’ data teknika”, li jidħlu fil-klassi 9 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.

2)

Irt-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

ABB AB u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.