|
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/50 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta-Lulju 2019 — Hauzenberger vs EUIPO (TurboPerformance)
(Kawża T-349/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TurboPerformance - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 328/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Andreas Hauzenberger (Sinzing, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2018 (Każ R 2206/2017-4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TurboPerformance bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Andreas Hauzenberger huwa kkundannat għall-ispejjeż. |