20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2022 – Mubarak et vs Il-Kunsill

(Kawżi T-335/18, T-338/18 u T-327/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Miżuri diretti kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista - Drittijiet tad-difiża - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz tkun ittieħdet b’rispett għad-drittijiet tad-difiża u għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 237/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-kawza T-335/18: Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr, l-Eġittu), Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr), Heidy Mohamed Magdy Hussein Rasekh (il-Kajr), Khadiga Mahmoud El Gammal (il-Kajr) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, G. Martin, C. Enderby Smith u F. Holmey, solicitors)

Rikorrenti fil-kawza T-338/18: Suzanne Saleh Thabet (il-Kajr) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, G. Martin, C. Enderby Smith u F. Holmey, solicitors)

Rikorrenti fil-kawza T-327/19: Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bħala l-eredi ta’ Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, G. Martin, C. Enderby Smith u F. Holmey, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2018, L 78I, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2019, L 80, p. 40), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/418 tad-19 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2020, L 86, p. 11), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/465 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2018, L 78I, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/459 tal-21 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2019, L 80, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/416 tad-19 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2020, L 86, p. 3), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-335/18, T-338/18 u T-327/19 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/418 tad-19 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, huma annullanti sa fejn jikkonċernaw lil Gamal Mohamed Hosni Elsayed Moubarak u Alaa Mohamed Hosni Elsayed Moubarak kif ukoll lil Heidy Mohamed Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal u Suzanne Saleh Thabet.

3)

Id-Deċiżjoni 2019/468 u d-Deċiżjoni 2020/418 huma annullanti sa fejn jikkonċernaw lil Mohamed Hosni Elsayed Moubarak.

4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/465 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/459 tal-21 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/416 tad-19 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Gamal Mohamed Hosni Elsayed Moubarak u Alaa Mohamed Hosni Elsayed Moubarak kif ukoll lil Heidy Mohamed Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal u Suzanne Saleh Thabet.

5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/459 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/416 huma annullanti, sa fejn jikkonċernaw lil Mohamed Hosni Elsayed Moubarak.

6)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż miġruba minn Gamal Mohamed Hosni Elsayed Moubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Moubarak u Mohamed Hosni Elsayed Moubarak kif ukoll minn Heidy Mohamed Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal u Suzanne Saleh Thabet.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.