8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Mejju 2019 — VI.TO. vs EUIPO — Bottega (Forma ta’ flixkun roża)

(Kawża T-325/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ flixkun roża - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(e)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(i) sa (iii) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 230/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Vinicola Tombacco (VI.TO.) Srl (Trebaseleghe, l-Italja) (rappreżentant: L. Giove, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sandro Bottega (Colle Umberto, l-Italja) (rappreżentant: R. Galli, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1037/2017-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn VI.TO. u S. Bottega.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vinicola Tombacco (VI.TO.) Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.