23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – WD vs EFSA

(Kawża T-320/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ riklassifikazzjoni - Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni - Attribuzzjoni ta’ punti ta’ riklassifikazzjoni permezz ta’ trasferiment - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”)

(2020/C 95/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: WD (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (rappreżentanti: D. Detken u F. Volpi, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, A. Duron u C. Dekemexhe, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EFSA tal-14 ta’ Lulju 2017 li ma tirriklassifikax lir-rikorrent fil-grad ta’ AST 6 fil-kuntest tal-eżerċizzju tar-riklassifikazzjoni 2017, tad-Deċiżjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Awwissu 2017 li ma ġġeddidx il-kuntratt tiegħu u tad-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Frar u tat-12 ta’ Marzu 2018 li jiċħdu l-ilmenti ppreżentati kontra dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, sabiex jikseb kumpens għad-dannu materjali u morali u li r-rikorrent allegatament ġarrab wara dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

WD huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.