23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – EPSU u Goudriaan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-310/18) (1)

(“Politika soċjali - Djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni - Ftehim intitolat ‘Qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u [tal-] impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali’ - Talba konġunta tal-partijiet firmatarji għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim fil-livell tal-Unjoni - Rifjut tal-Kummissjoni li tippereżenta proposta ta’ deċiżjoni lill-Kunsill - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni - Awtonomija tal-imsieħba soċjali - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Proporzjonalità”)

(2019/C 432/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Federation of Public Service Unions (EPSU) (Brussell, il-Belġju) u Jan Willem Goudriaan (Brussell) (rappreżentanti: R. Arthur, solicitor, R. Palmer u K. Apps, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, M. van Beek u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talbaa bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2018 li tirrifjuta li tippreżenta lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea proposta ta’ deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-ftehim intitolat “Qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u [tal-] impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali”, iffirmat mid-Delegazzjoni tat-Trejdunjins Nazzjonali u l-Amministrazzjoni Ewropea (TUNED) u mill-Persuni li jimpjegaw tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (EAPE) fil-21 ta’ Diċembru 2015.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-European Federation of Public Service Unions (EPSU) u Jan Goudriaan, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.