|
21.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2019 – Hamas vs Il-Kunsill
(Kawża T-308/18) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra persuni, gruppi u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ ndħil - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Awtentifikazzjoni tal-atti tal-Kunsill”)
(2019/C 357/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Driessen u A. Sikora-Kalėda, sussegwentement B. Driessen u S. Van Overmeire, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426 (ĠU 2018, L 79, p. 26), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (ĠU 2018, L 79, p. 7), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475 (ĠU 2018, L 194, p. 144), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468 (ĠU 2018, L 194, p. 23).
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lill-“‘Hamas’, inkluż ‘Hamas-Izz al-Din al-Qassem’”. |
|
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Hamas. |