3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/75 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — AV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-303/18 RENV) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Artikolu 13 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Eżami mediku qabel ir-reklutaġġ - Dikjarazzjonijiet inkompleti matul l-eżami mediku - Assenza ta’ dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata ta’ marda - Skoperta ulterjuri mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ - Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Applikazzjoni retroattiva ta’ riżerva medika ta’ perijodu ta’ ħames snin - Każ imressaq quddiem il-Kumitat tal-Invalidità - Terminu raġonevoli - Responsabbiltà - Dannu morali”)
(2019/C 187/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AV (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2014 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ din l-istituzzjoni ddeċidiet li tapplika għar-rikorrent r-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li ma tagħtihx il-benefiċċju tal-allowance tal-invalidità u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li huwa allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
It-talbiet għal annullament huma miċħuda. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AV ammont ta’ EUR 3 000. |
3) |
Il-bqija tat-talbiet għal kumpens huma miċħuda. |
4) |
AV u l-Kummissjoni għandhom ibatu, it-tnejn li huma, l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura inizjali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tar-rikors fil-Kawża F-91/15, u ma’ din il-proċedura ta’ kawża mibgħuta lura, fil-kuntest tal-Kawża T-303/18 RENV. |
5) |
AV għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura tal-appell, fil-Kawża T-701/16 P. |
(1) JO C 406, 7.12.2015 (il-kawża kienet inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni bin-numru F-91/15 u ġiet ittrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).