19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-299/18) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Offerta anormalment baxxa - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2019/C 280/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, sussegwentement M. Schoups, K. Lemmens u M. Thomas, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, Z. Nagy D. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ April 2018 li jżomm fis-seħħ id-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti lil ħames offerenti l-kuntratt dwar kuntratt qafas dwar xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament fi Brussell (sejħa għal offerti 06D 20/2017/M036) u, min-naħa l-oħra, tal-addendum mehmuż mar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-offerti tal-Parlament tas-26 ta’ Marzu 2018.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Strabag Belgium hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.