29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Agmin Italy vs ll-Kummissjoni

(Kawża T-290/18) (1)

(“Regolament Finanzjarju - Esklużjoni mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp għal tul ta’ tliet snin - Prinċipju ta’ imparzjalità - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2020/C 215/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agmin Italy SpA (Verona, l-Italja) (rappreżentant: F. Guardascione, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2018 dwar l-esklużjoni tar-rikorrenti matul tliet snin mill-parteċipazzjoni għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ għoti ta’ sussidji, iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mill-parteċipazzjoni għall-proċeduri ta’ għoti ta’ fondi min-naħa tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp (FEŻ) kif ukoll dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata ma’ din l-esklużjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Agmin Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.