|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – ABLV Bank vs SRB
(Kawża T-280/18) (1)
(“Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) - Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Deċiżjoni tas-SRB li ma tiġix adottata skema ta’ riżoluzzjoni - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Interess ġuridiku - Locus standi - Ammissibbiltà parzjali - Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 - Kompetenza tal-awtur tal-att - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2022/C 340/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ABLV Bank AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. De Carpentier, E. Muratori u H. Ehlers, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn B. Heenan, solicitor)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: R. Ugena, A. Witte u A. Lefterov, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tat-23 ta’ Frar 2018 li ma tiġix adottata skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ABLV Bank AS u ABLV Bank Luxembourg SA, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
ABLV Bank AS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB). |
|
3) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |