9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE

(Kawża T-255/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Kuntratt għal żmien determinat - Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazjoni”)

(2019/C 413/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: US (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u M. Rötting, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma tikklassifikax mill-ġdid il-kuntratt tar-rikorrent f’kuntratt għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

US huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.