8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — Transtec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-228/18) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kuntratt Qafas ta’ provvista ta’ servizzi - Servizzi lill-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Unjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Allegazzjonijiet ta’ mġiba professjonali ħażina serja kontra offerent - Assenza ta’ sentenza finali jew ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li tistabbilixxi mġiba professjonali ħażina serja - Kundizzjonijiet sabiex il-bord imsemmi fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju jiġi adit - Offerti anormalment baxxi - Obbligu ta motivazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ ittra mibgħuta mill-awtorità kontraenti wara l-preżentata tar-rikors - Dritt għal rimedju effettiv - Żmien ta’ stennija sabiex titressaq azzjoni kontra d-deċiżjoni ta’ għoti - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikoli 105a, 106, 108, 113 u 118 tar-Regolament Finanzjarju - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2019/C 230/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2018 li tiċħad l-offerta mitfugħa mill-konsorzju li tiegħu r-rikorrenti kienet l-impriża mexxejja għal-Lott Nru 3 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EuropeAid/138778/DH/SER/Multi, intitolata “Qafas ta’ kuntratt [Kuntratt Qafas ta’ servizzi] għall-implimentazzjoni ta’ għajnuna esterna (FWC SIEA 2018) 2017/S”u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet minħabba din iċ-ċaħda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Transtec hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.