29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO — Battista Nino Caffè (BATTISTINO)

(Kawża T-221/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali BATTISTINO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BATTISTA - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 255/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 402/2017-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Battista Nino Caffè u Torrefazione Caffè Michele Battista.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 402/2017-5) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u Battista Nino Caffè Srl huma kkundannati għall-ispejjeż imġarrba matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.