5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/18) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Għajnuna operattiva mogħtija mill- Ġermanja lill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Kwalità ta’ parti interessata - Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali - Ammissibbiltà - Linji gwida dwar l-għajnuna lill-avjazzjoni - Dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern - Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Diffikultajiet serji”)

(2021/C 263/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG (Cologne, Ġermanja) (rappreżentanti: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Hermann, T. Maxian Rusche u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, R. Kanitz, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti), Land Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5289 final, tal-31 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.47969 (2017/N), implimentata mill-Ġermanja li tirrigwarda għajnuna operattiva mill-Istat mogħtija mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5289 final, tal-31 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.47969 (2017/N), implimentata mill-Ġermanja li tirrigwarda għajnuna operattiva mill-Istat mogħtija mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Deutsche Lufthansa AG.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Land Rheinland-Pfalz għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.