30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

(Kawża T-177/18) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fond - Proroga tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu tal-Kunsill li jikkomunika l-elementi ġodda li jiġġustifikaw it-tiġdid tal-miżuri restrittivi - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2020/C 103/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, S. Lejeune u H. Marcos Fraile, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 328, p. 19), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Claude Kazembe Musonda huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.