8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Beko vs EUIPO — Acer (ALTUS)

(Kawża T-162/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ALTUS - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALTOS - Proċedimenti ta’ revoka ta’ ċerti trade marks preċedenti mibdija quddiem l-awtoritajiet nazzjonali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)”)

(2019/C 131/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Tritton, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Acer, Inc. (Tajpei, it-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1991/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acer u Beko.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1991/2016-5) hija annullata.

2)

EUIPO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Beko plc.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.