23.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – BPCE et vs BĊE

(Kawża T-146/18) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kontribuzzjoni għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew għall-fond uniku ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ impenji ta’ pagament irrevokabbli - Kompiti kkonferiti lill-BĊE - Setgħat superviżorji speċifiċi tal-BĊE - Artikolu 4(1)(f) u Artikolu 16(1)(c) u (2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Miżura li timponi t-tnaqqis tal-ammont akkumulat tal-bilanċi tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli mill-ekwità komuni ta’ grad 1 - Assenza ta’ eżami individwali”)

(2020/C 399/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u s-36 rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, R. Bax u F. Bonnard, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-deċiżjoni ECB/SSM/2017-9695005MSX1OYEMGDF46/338 tal-BĊE tad-19 ta’ Diċembru 2017, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni ECB-SSM-2019-FRBPC-22 tal-BĊE tal-14 ta’ Frar 2019.

Dispożittiv

1)

Il-punt 4 tad-deċiżjoni ECB/SSM/2017-9695005MSX1OYEMGDF46/338 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tad-19 ta’ Diċembru 2017, u l-punti 3.4 sa 3.7 tad-deċiżjoni ECB-SSM-2019-FRBPC-22 tal-BĊE tal-14 ta’ Frar 2019 huma annullati.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.