18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Tomasz KawałkoTrofeum vs EUIPO – Ferrero (KINDERPRAMS)
(Kawża T-115/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KINDERPRAMS - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Kinder - Raġuni relattiva għal rifjut - Possibbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 65/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tomasz KawałkoTrofeum (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: P. Moksa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u L. Ghedina, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1112/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero u Tomasz KawałkoTrofeum.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Tomasz KawałkoTROFEUM huwa kkundannat għall-ispejjeż. |