|
4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – AB Mauri Italy vs EUIPO – Lesaffre (FERMIN)
(Kawża T-78/18) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FERMIN - Trade marks internazzjonali u tal-Benelux verbali preċedenti FERMIPAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”])
(2019/C 44/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AB Mauri Italy SpA (Casteggio, l-Italja) (rappreżentanti: B. Brandreth, avukat, u G. Hussey, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Lesaffre et Cie (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet Magħquda R 2027/2016-4 u R 2254/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn AB Mauri Italy u Lesaffre et Cie.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet Magħquda R 2027/2016-4 u R 2254/2016-4) hija annullata sa fejn hija ċaħdet, minħabba nuqqas ta’ xebh mal-“ħmira” inklużi fil-klassi 30, l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FERMIN li tirrigwarda ċerti prodotti fl-istess klassi, jiġifieri it-“taħlitiet għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-forn; taħlitiet għall-użu fil-ħami (taħlitiet tal-ħobż lesti għall-użu); preparazzjoni abbażi ta’ ħmira għal ikel tal-għaġina u għal għaġina tal-pizza”. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn AB Mauri Italy SpA. |