19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/18) (1)

(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-ekonomija finanzjarja u tal-makroekonomija - Konoxxenzi lingwistiċi - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 tal-kompetizzjoni minn fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interess tas-servizz - Proporzjonalità”)

(2021/C 289/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Vernier, G. Gattinara u D. Milanowska, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Jiménez García, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/339/17, organizzata sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ekonomija finanzjarja u 2. Makroekonomija (ĠU 2017, C 386 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/339/17 organizzata sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ekonomija finanzjarja u 2. Makroekonomija huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.