25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Il-Venezwela vs Il-Kunsill
(Kawża T-65/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Venezwela - Rikors ippreżentat minn Stat terz - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)
(2019/C 399/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela (rappreżentanti: F. Di Gianni u L. Giuliano, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Mahnič u L. Ozola, sussegwentement P. Mahnič u A. Antoniadis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017, L 295, p. 21), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament 2017/2063 (ĠU 2018, L 276, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 10), sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |