8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Torro Entertainment vs EUIPO — Grupo Osborne (TORRO Grande MEAT IN STYLE)

(Kawża T-63/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TORRO Grande MEAT IN STYLE - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Obbligu ta’ diliġenza - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 131/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Torro Entertainment (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1776/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u Torro Entertainment.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Torro Entertainment Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018