30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/18) (1)
(“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (UE) Nru 305/2011 - Regolament (UE) Nru 1025/2012 - Prodotti tal-kostruzzjoni - Regoli aromonizzati EN 13341:2005 + A1:2011 u EN 12285-2:2005 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 328/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u J. Möller, sussegwentement minn J. Möller, aġenti, assistiti minn M. Winkelmüller, F. van Schewick u M. Kottmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1995 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar iż-żamma f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 13341:2005 + A1:2011 dwar tankijiet statiċi termoplastiċi għall-ħażna ’l fuq mill-art ta’ żjut tat-tisħin domestiċi, pitrolju u fjuwils tad-diżil f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 288, p. 36), u, fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1996 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar iż-żamma f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 12285-2:2005 dwar tankijiet tal-azzar maħdumin fil-ħanut tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 288, p. 39).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |