9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – VF vs BĊE

(Kawża T-39/18) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent - Eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances - Rifjut ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

(2019/C 413/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VF (rappreżentant: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u D. Camilleri Podestà, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża essenzjalment, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju ta’ revizjoni annwali tas-salarji u tal-allowances għall-2016 u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li ma ssirx kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sostna wara dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

VF huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018