19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – CV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Kumitat Mediku - Artikolu 22 - Rifjut ta’ rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun ta’ marda - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 216/48)

Lingwa tal-kawża: l-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CV (rappreżentanti: F. Moyse u L. Heisten, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2017 li tiċħad it-talba tiegħu għar-rikonoxximent li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2017 li imponietlu ċerti spejjeż u onorarji tal-membri tal-Kumitat Mediku li ddeċidew fuq din it-talba u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni materjali u morali li huwa kien ġarrab bħala riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CV huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.