9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-19/18) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż magħmula mil-Litwanja - Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa - Żvilupp rurali - Sistema ta’ kontroll tal-kundizzjonalità - Kontroll amministrattiv - Kontroll fuq il-post - Kwalità tal-kontrolli - Kwalità tal-applikanti - Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment - Natura raġonevoli tal-ispejjeż - Spejjeż magħmula fil-kuntest ta’ proġetti - Analiżi tar-riskji - Fatturi ta’ riskji - Tolleranza fil-qasam ta’ sanzjonijiet mhux previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni - Sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ sanzjonijiet wisq klementi - Data statistika ta’ annwali ta’ kontroll”)
(2020/C 77/60)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: R. Dzikovič, V. Vasiliauskienė, M. Palionis u A. Dapkuvienė, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka, A. Steiblytė u J. Jokubauskaitė, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, O. Serdula, J. Vláčil u S. Šindelková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 292, p. 61), sa fejn tipprevedi li timponi fuq ir-Repubblika tal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 9 745 705,88 f’dak li jikkonċerna spejjeż fil-kuntesti tal-FEAŻR u korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 546 351,91 f’dak li jikkonċerna spejjeż fil-kuntest tal-FAEG u tal-FAEŻR.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Litwanja, minbarra l-ispejjeż tagħha għandha tbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |