4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Addiko Bank vs EUIPO (STRAIGHTFORWARD BANKING)

(Kawża T-9/18) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STRAIGHTFORWARD BANKING - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”])

(2019/C 44/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Addiko Bank AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Seling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 1090/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STRAIGHTFORWARD BANKING bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Addiko Bank AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 26.2.2018.