Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 –
OY vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-816/18 P)

“Appell – Article 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Ħatra – Klassifikazzjoni fil-gradi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali – Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (KAO)”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Prova – Prova dokumentali – Valur probatorju – Evalwazzjoni mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85)

(ara l-punt 4)

2. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 4)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2) 

OY għandha tbati l-ispejjeż tagħha.