Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ April 2019 –
HJ

(Kawża C‑680/18)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment – Regolament (KE) Nru 4/2009 – Protokoll ta’ Den Haag – Espożizzjoni insuffiċjenti tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Talba li ma tipprovdi ebda informazzjoni fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà

(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94; Regolament tal-Kunsill Nru 4/2009, Artikolu 15)

(ara l-punti 12, 14 sa 18)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 5 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 5, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2018, hija manifestament inammissibbli.