Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat‑2 ta’ April 2020 – Kerstens vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑577/18 P‑REV)

“Talba għal reviżjoni – Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ mezzi ta’ prova – Assenza ta’ fatt ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva – Inammissibbiltà”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Reviżjoni ta’ sentenza – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba – Fatt ġdid – Kunċett

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 44; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 159(1),(3)(d)u (5))

(ara l-punti 17sa 20, 23, 25, 29 sa 31)

2. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għal smigħ xieraq – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

(ara l-punti 21, 22)

Dispożittiv

1) 

It-talba għal reviżjoni mressqa minn Petrus Kerstens hija miċħuda.

2) 

Petrus Kerstens huwa kkundannat għall-ispejjeż.