Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tal-4 ta’ April 2019 –
Finanzamt Linz (Leġiżlazzjoni Awstrijaka fuq il-logħob tal-ażżard)

(Kawża C‑545/18)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prinċipji tal-liġi tal-Unjoni — Supremazija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-qrati inferjuri jsegwu l-interpretazzjoni tal-qrati superjuri — Limitazzjoni tal-proċeduri quddiem il-qrati superjuri għall-evalwazzjoni tal-kwistjonijiet ta’ dritt u tal-motivi mressqa quddiem il-qrati inferjuri”

Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Portata tal-obbligu fil-qasam tal-libertajiet fundamentali

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

(ara l-punti 19-21, 25-31)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Oberösterreich, l-Awstrija), b’deċiżjoni tas-16 ta’ Awwissu 2018, hija manifestament inammissibbli.