Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑4 ta’ Ottubru 2018 –
Safe Skies vs EUIPO

(Kawża C‑326/18 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52(1)(a) – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali TSA LOCK – Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7 – Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità – Data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7 u 52(1)(a))

(ara l-punt 5)

2. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 5)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2) 

Safe Skies LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.