25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/11 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 minn Terna SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-387/16, Terna vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-812/18 P)
(2019/C 72/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Terna SpA (rappreżentanti: F. Covone, A. Police, L. Di Via, D. Carria, F. Degni, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla u/jew tirriforma s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Il-Ħames Awla, tat-18 ta’ Ottubru 2018, mogħtija fil-Kawża T-387/16 u, konsegwentement, prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Ref. Nru ENER/SRD.3/JCM/clD (2016)2952913 tat-23 ta’ Mejju 2016, li sempliċiment tikkonferma l-miżura preċedenti Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, kif ukoll il-miżura tal-Kummissjoni Ewropea, Ref. Nru SRD.3/JCM/cl/D(2016)4477388 tal-14 ta’ Ġunju 2016, li permezz tagħha nħarġet id-Debit Note Nru 3241608548 li tordna l-ħlas ta’ EUR 494 871,39 sat-28 ta’ Lulju 2016, konsegwentement tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Ref. Nru Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, fil-partijiet fejn hija teskludi ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn Tema fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-S 12.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S 07.91403, u tistabbilixxi l-obbligu ta’ ħlas lura tal-ammonti rrikonoxxuti fir-rigward tal-imsemmija proġetti, kif indikat fit-tabella annessa mal-miżura appellata; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Ref. Nru ENER/SRD.3/JCM/clD (2016)2952913 tat-23 ta’ Mejju 2016 flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Ref. Nru Move.srd.3 .dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, fil-partijiet fejn ma tnaqqasx ir-rimbors għall-ispejjeż sostnuti minn Tema fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-S 12.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S 07.91403 sal-estent li jikkorrispondi biss għall-profitti magħmula minn CESI S.p.A. Bi kwalunkwe ordni konsegwenzjali dwar l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravvju: żball fis-sentenza appellata fil-parti fejn hija eskludiet l-eżistenza ta’ żball fil-klassifikazzjoni tar-relazzjoni bejn kompiti u ftehimiet qafas stipulati bejn Terna u CESI. – Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 14 u tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2004/17/KE (1) fil-qasam tas-subappaltar ta’ provvisti. – Difett fl-istruttorja u nuqqas ta’ motivazzjoni tal-provvediment appellat. – Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu III.7(1), (4) u (6) tal-Anness III tad-Deċiżjoni D/207630 tal-2008 u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 111.3.7(1), (4) u (6) tal-Anness III tad-Deċiżjoni D17181 tal-2010, minħabba tnaqqis indebitu tar-rimbors għall-proġetti minħabba allegat nuqqas ta’ applikazzjoni formali korretta min-naħa ta’ Terna tal-proċedura tal-appalti. – Difett fl-istruttorja u nuqqas ta’ motivazzjoni.
It-tieni aggravvju: żball fis-sentenza appellata fil-parti fejn hija ma rrikonoxxietx l-eżistenza tas-suppożizzjonijiet tekniċi li jippermettu l-għoti ta’ kuntratti lil operatur partikolari mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa għal offerti. – Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 40(3)(ċ) tad-Direttiva 2004/17/KE.
It-tielet aggravvju: żball fis-sentenza appellata fil-parti fejn hija teskludi l-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi. – Applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva 2004/17 ICE u ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi ta’ Terna billi eskludiet l-ammissibbiltà tat-talbiet ta’ rimbors relatati ma’ kuntratti inklużi fil-ftehim qafas minkejja l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż tal-għoti ta’ kuntratt u l-irrilevanza ta’ xi wħud mill-ammonti għall-finijiet tal-proċeduri Ewropej.
Ir-raba’ aggravvju: żball fis-sentenza appellata minħabba ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza u proporzjonalità bħala effett tad-deċiżjoni li teskludi integralment it-talbiet ta’ rimbors minflok ma tagħmel tnaqqis proporzjonali.
(1) Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).