29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/15


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 minn FCA US LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-109/17 — FCA US vs EUIPO — Busbridge

(Kawża C-795/18)

(2019/C 255/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FCA US LLC (rappreżentant: C. Morcom QC)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-20 ta’ Ġunju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien ammissibbli.