11.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance d’Aulnay-Sous-Bois (Franza) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – LC, MD vs easyJet Airline Co. Ltd

(Kawża C-756/18)

(2019/C 54/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance d’Aulnay-Sous-Bois

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LC, MD

Konvenuta: easyJet Airline Co. Ltd

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 261/2004”) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġu invokati d-dispożizzjonijiet tar-regolament, il-passiġġieri għandhom jipprovaw il-preżenza tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 jipprekludi sistema ta’ preżunzjoni sempliċi li tgħid li l-kundizzjoni tal-preżenza tal-passiġġier fil-mument tar-reġistrazzjoni titqies li tkun ġiet stabbilita, għar-raġuni li dan tal-aħħar ikollu reżervazzjoni aċċettata u rreġistrata mit-trasportatur tal-ajru effettiv, fis-sens tal-Artikolu 2(g)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.