10.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 445/12 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-642/18)
(2018/C 445/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, E. Sanfrutos Cano u F. Thiran, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
|
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-artikoli u l-paragrafi msemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2008/98/KE peress li ma adottax il-miżuri meħtieġa qabel l-14 ta’ Settembru 2017, li huwa t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata tagħha tal-14 ta’ Lulju 2017.