17.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Portugall) fil-5 ta’ Ottubru 2018 – Nelson Antunes da Cunha, Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)
(Kawża C-627/18)
(2018/C 455/33)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nelson Antunes da Cunha, Lda
Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)
Domandi preliminari
1) |
It-terminu ta’ preskrizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat għall-irkupru tal-għajnuna previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1) tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika biss għar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna jew ukoll għar-relazzjoni bejn l-imsemmi Stat u l-opponenti, inkwantu benefiċjarja tal-għajnuna meqjusa bħala inkompatibbli mas-suq komuni? |
2) |
Fil-każ li jiġi konkluż li l-imsemmi terminu huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna u l-benefiċjarja tal-għajnuna meqjusa bħala inkompatibbli mas-suq komuni, għandu jitqies li dan it-terminu huwa applikabbli biss għall-fażi ta’ proċedura, jew għandu jitqies li huwa applikabbli wkoll għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru? |
3) |
Fil-każ li jiġi konkluż li l-imsemmi terminu huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna u l-benefiċjarju tal-għajnuna meqjusa bħala inkompatibbli mas-suq komuni, għandu jitqies li dan it-termiunu jiġi interrott minn kwalunkwe att tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru li jkun relatat mal-għajnuna illegali anki jekk ma jkunx ġie nnotifikat lill-benefiċjarju tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata? |
4) |
L-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 kif ukoll il-prinċipji tal-Unjoni, b’mod speċifiku l-prinċipju ta’ effettività u l-prinċipju ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq uniku jipprekludu l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni iqsar minn dak iffissat fl-Artikolu 17 tar-Regolament, hekk kif previst fl-Artikolu 310(1)(d) tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili, il-Portugall), għall-interessi li jingħaddu mal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata? |