5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-498/18)

(2018/C 399/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZW

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

1)

It-terminu ta’ sentejn sabiex tiġi eżerċitata l-azzjoni prevista fl-Artikolu 35(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, jista’ jiġi interrott jew sospiż?

2)

L-Artikolu 35(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal li jipprovdi li “[i]l-metodu ta’ kalkolazzjoni ta’ dak il-perijodu ghandu jigi determinat mil-ligi tal-qorti li tkun qed tissindaka l-każ” jippermetti li jiġi kkunsidrat li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali dwar il-bidu tal-kalkolu tat-terminu tista’ tipprevali fuq id-dispożizzjoni ġenerali tal-Artikolu 35(1) li tipprovdi li t-terminu jibda jiddekorri mal-wasla fid-destinazzjoni?