8.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-26 ta’ Lulju 2018 – UB vs VA, Tiger SCI, WZ, fil-kwalità ta’ likwidatur ġudizzjarju jew riċevent ta’ UB, Banque patrimoine et immobilier SA

(Kawża C-493/18)

(2018/C 364/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UB

Konvenuti: VA, Tiger SCI, WZ, fil-kwalità ta’ likwidatur ġudizzjarju jew riċevent ta’ UB, Banque patrimoine et immobilier SA

Domandi preliminari

1)

L-azzjoni tar-riċevent appuntant mill-qorti tal-Istat Membru li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza li għandha l-għan li jiġi ddikjarat li ipoteki rreġistrati fuq immobbli tad-debitur li jinsabu fi Stat Membru ieħor kif ukoll il-bejgħ ta’ dawn l-immobbli mwettaq f’dan l-Istat ma humiex effettivi kontra din il-proċedura, bil-ħsieb tar-restituzzjoni ta’ dawn il-beni fil-patrimonju tad-debitur, hija dderivata direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u hija marbuta strettament magħha?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-qrati tal-Istat Membru fejn infetħet il-proċedura ta’ insolvenza għandhom ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ din l-azzjoni tar-riċevent jew, għall-kuntrarju, il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn jinsabu l-immobbli għandhom ġurisdizzjoni esklużiva għal dan l-għan, jew teżisti bejn dawn il-qrati differenti ġurisdizzjoni kondiviża, u taħt liema kundizzjonijiet?

3)

Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-qorti tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza tawtorizza lir-riċevent jibda, fi Stat Membru ieħor, azzjoni, li taqa’, bħala prinċipju, taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura, jista’ jkollha bħala effett li timponi l-ġurisdizzjoni ta’ dan l-Istat l-ieħor fis-sens li, b’mod partikolari, din id-deċiżjoni tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala deċiżjoni dwar l-iżvolġiment ta’ proċedura ta’ insolvenza fis-sens tal-Artikolu 25.1 tar-Regolament [(KE) Nru 1346/2000] (1) u tista’, għal dan l-għan, tinstema’ mingħajr ebda formalità oħra, skont dan l-istess artikolu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).