26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Lulju 2018 – Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena vs BALEMA GmbH

(Kawża C-432/18)

(2018/C 427/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena

Konvenuta: BALEMA GmbH

Domanda preliminari

Il-protezzjoni tad-denominazjoni globali “Aceto Balsamico di Modena” tkopri l-użu tat-termini individwali mhux ġeografiċi li jikkostitwixxu tali denominazzjoni (“Aceto”, “Balsamico”, “Aceto Balsamico”) (1)?


(1)  Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, ĠU 2009 L 175, p. 7.