5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS) vs Gruppo Torinese Trasporti Gtt SpA

(Kawża C-425/18)

(2018/C 399/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS)

Konvenuta: Gruppo Torinese Trasporti Gtt SpA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 53(3) u tal-Artikolu 54(4) tad-Direttiva 2004/17/KE (1), minn naħa, u tal-Artikolu 45(2)(d) tad-Direttiva 2004/18/KE (2), min-naħa l-oħra, jipprekludu dispożizzjoni bħall-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 tar-Repubblika Taljana, kif huwa interpretat mill-ġurisprudenza nazzjonali, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità” mwettqa minn operatur ekonomiku l-aġir li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ikkonstatat u ssanzjonat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b’deċiżjoni kkonfermata mill-qrati, li a priori jipprevjeni lill-awtoritajiet kontraenti milli jevalwaw b’mod awtonomu tali ksur sabiex eventwalment jeskludu, iżda mhux obbligatorjament, dan l-operatur ekonomiku minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).